AIDAN – Naħseb Fik

AIDAN – Naħseb Fik Lyrics Letra:

Kif l-istorja ġiet magħluqa
U l-istorbju mtela skiet

Bħal l-għajta ta’ tarbija

Li l-ħajja donnha bdiet

Ser tarani għal dak li jien?

Id f’id mal-ħmura ta’ kull filgħodu

Inħares f’għajnejk u jdejja jirtogħdu

Nimxu l-mogħdija fejn ninsew kull uġigħ

Ser inkun qed nistenniek

Kull sekonda naraha ġurnata

Indur ma nafx x’ser insib

Ħares dritt f’għajnejja

Ħsibt f’dil-melodija

U ktibtha bi tbissima

Fir-rima ser insemmik

Ħa tkun taf kemm sirt naħseb fik x2

Ħa tkun taf kemm sirt naħseb

Jekk nimxu b’passi bħal tal-iljun

Int l-ilma ġieri u jien il-vapur

M’hemmx ħin mitluf

Bik nagħlaq it-truf

Ser ngħix, ħa nixgħel u mmut

Mad-dija

Xħin negħlbu l-mistħija

Hawn mimli mħabba u tbatija

Ċans wieħed biss illejla

Ser inkun qed nistenniek

Kull sekonda naraha ġurnata

Indur ma nafx x’ser insib

Ħares dritt f’għajnejja

Ħsibt f’dil-melodija

U ktibtha bi tbissima

Fir-rima ser insemmik

Ħa tkun taf kemm sirt naħseb fik x2

Ħa tkun taf kemm sirt naħseb

U mal-ħmura ta’ kull filgħaxija

Ħarist lejk u għaddiet żiffa fina

Hawn ser inkun

Nistenniek
Naħseb Fik

Ser inkun qed nistenniek

Kull sekonda naraha ġurnata

Indur ma nafx x’ser insib

Ħares dritt f’għajnejja

Ħsibt f’dil-melodija

U ktibtha bi tbissima

Fir-rima ser insemmik

Ħa tkun taf kemm sirt naħseb fik x2

Ħa tkun taf kemm sirt naħseb

Ħsibt f’dil-melodija

U ktibtha bi tbissima

Fir-rima ser insemmik

Ħa tkun taf kemm sirt naħseb

%d blogueiros gostam disto: